Hekk David bil-pacenzja
Bil-merhla jigi hdejja
Kull meta sinjal naghti
li l-ghatx u l-kilba gejja
Biex ft'Alla l Glorja nemmen
U l-genb naghti 'l tad dinja
'mma dghajjef wisq jarawni
'mma dghajjef wisq jghiduli
'mma dghajjef wisq ...nemminhom
U 'David n'hinn minn djuli
U nfittex il-blat f'xoghli
U s-sahha fit-taghlim
Bhal Dawl nibni armata
'mma nkun qed nahli l-hin
U ghax David izomm postu
U f'mohhi xejn ma jkun
Ninsa li fl-ghalqa jirgha
Jissielet ma l-iljun
Dejjem lest biex bil-fidi
Kull meta bzonnu nigi
Jissielet kontra l-gganti
Meta il-mument jigi.
W allura xhin Gulija
Iqum minn gewwa fija
U jheddidli l-armati
Li nkun bnejt bi kburija
U dawn jaharbu jigru
Mill glieda jizgiccaw,
Hemm David jerga jigi
Bil-fidi u c-caghqiet
Jidhol fl-isfida, jtemma
W rebbieh johrog mill-gdid
Ghalhekk
Ghinni Mulej ha nikber
Fl-eghlieqi mal-merhliet
Ghallimni nghix ta David
U bhalu mmur ghall-glied
Niggieled Lili nniffsi
Meta nsir Gulija
Nibza minn kull korazza
Nzarma kull armata
Nemmen f dak li jien Vera
Flok xtghid li jien ir-razza
Go fija rawwem David
Zaghzugh ma jikber xejn
Li b'fidi shiha f'Alla
Li tah xi caghaq, sbandola, u forsi xi mohriet
Biex jahdem f'tiegHu l-ghalqa
Lil hinn minn wied il-glied
Fejn Alla jizra u jrabbi
L-imhabba ghall-ulied
Comments