Skip to main content

Nissabbar nissakkar

Nissabbar nissakkar
F'dil hajja li tfakkar
Kif jghaddi z zmien berqa
Jitbissem bis serqa
Lejn min xi ftit bhali
Jbahhar fil holm
Tbissima giddieba
Fuq qalb kolla dieqa
Ghax taghraf
Li l gagga tal hajja
Giddieba
Ghax waqt li bieb tiftah
Ta sabar u fwieha
Taf taghlaq u ssakkar u titfi
Tal holma ix xemgha
Li tinzerta f'riha.

(loose english translation)
Consoling myself
Locking myself
in this life that reminds me
how fast time flies
and gives a half hearted smile

to those who like me sail
the seas of their dreams

A smile that lies
on a heavy heart
acknowledging the grip
of the cage of life

that opens the gates to
to hope and plans
but also blows out
some some flames
that come past its way

Comments

Popular posts from this blog

Jien David... Jien Gulija

Jien David Jien Gulija Qeghdin go fija t-tnejn Gulija jrid il-glorja U David ma jrid xejn Hekk David bil-pacenzja Bil-merhla jigi hdejja Kull meta sinjal naghti li l-ghatx u l-kilba gejja Biex ft'Alla l Glorja nemmen U l-genb naghti 'l tad dinja 'mma dghajjef wisq jarawni 'mma dghajjef wisq jghiduli 'mma dghajjef wisq ...nemminhom U 'David n'hinn minn djuli U nfittex il-blat f'xoghli U s-sahha fit-taghlim Bhal Dawl nibni armata 'mma nkun qed nahli l-hin U ghax David izomm postu U f'mohhi xejn ma jkun Ninsa li fl-ghalqa jirgha Jissielet ma l-iljun Dejjem lest biex bil-fidi Kull meta bzonnu nigi Jissielet kontra l-gganti Meta il-mument jigi. W allura xhin Gulija Iqum minn gewwa fija U jheddidli l-armati Li nkun bnejt bi kburija U dawn jaharbu jigru Mill glieda jizgiccaw, Hemm David jerga jigi Bil-fidi u c-caghqiet Jidhol fl-isfida, jtemma W rebbieh johrog mill-gdid Ghalhekk Ghinni Mulej ha nikber Fl-eghlieqi mal-merhliet Ghallimni nghix ta David U

Kemm Nixtieq

Kemm nixtieq nidhol fir radju ta hajtek U nnaddaflu hossu nnehhi t textix Nhalilek biss ghanja li tghanni il ferh. Kemm nixtieq li nghammar fil kmajra ta qalbek Fir rokna tal weggha, tal ghafsa tal qalb Fejn tahbi I'll bikja Ta xewqa genwina Tal paci fil qalb Nnaddaflek tindifa, Ha tinsa l- ilbierah U Taghraf il ghazla li llum qed itik bix xewqtek ta ghada Titbissem bla ddum Kemm nixtieq nimxi il passi ta riglek U nterraqhom mieghek, pass pass kullimkien Biex ebda rih kontra ma jfixklek fhidmietek U ebda hass fierah ma nhalli jnessik, Kemm int bhar rigali Kemm zejnek bi gmiel Biex tifrah u tferrah U tikber u tkabbar U kull pass li jkabrek Bi kburija thabbar Sa tasal u taghraf Li dlam ghadda u mar Ghal kull xewqa f qalbek Iz zmien ikun sar.

Did-Darba Nċedi

Did-darba nċedi Ha noqod pass lura Ndawwar rasi Ahjar ma nkunx naf Did darba ncedi Ha Niskot bla kelma Se Nhalli l hajja Tterraq bis sliema Minix ser ingerger U Mhux se nippilla Nintefa fir rokna Jien biss. F'tarf it triq. Fejn hadd qatt ma jghaddi. Fejn ruh ma ssibx wens. Fejn ladarba ccedi, Inemnem ftit sens. 20-6-2018